Statistika
F’Settembru li għadda kien hemm 3,385 persuna jirreġistraw għax-xogħol mal-Jobsplus

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’Settembru li għadda kien hemm 3,385 persuna jirreġistraw għax-xogħol mal-Jobsplus, kważi tliet mija inqas (287) minn Awwissu li għadda u ftit iktar minn 1,717 minn Settembru tas-sena li għaddiet.

Iċ-ċifri juru li waqt li mqabbel ma’ sena ilu l-qgħad żdied fost l-etajiet kollha, madankollu naqas fost dawk li kien ilhom jirreġistraw għal iktar minn sena.

L-għadd ta’ persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol jgħoddu kważi 250, 22 iktar minn sena ilu.

L-NSO fakkret li dawn iċ-ċifri jridu jiġu interpretati fil-kuntest tas-sitwazzjoni tal-COVID-19.