Barranin
F’Sqallija: Isib saba’ fil-ġelat li ordna

Kien ġelat b’sorpriża mhux pjaċevoli dak li ordna raġel f’Palermo, f’Sqallija meta huwa u jiggosta l-ġelat li xtara sab saba’ fih.

Ir-raġel mill-ewwel ċempel lill-Pulizija biex jirrapporta l-każ u minnufih, il-Pulizija kienu fuq il-post biex jinterrogaw lis-sidien tal-ġelaterija.

Jidher li wieħed mill-impjegati tal-ħanut qata’ subgħajh barra huwa u jaħdem fil-ġelaterija. Biex tkompli tgħaqad, l-impjegat kien qed jaħdem bla ktieb tax-xogħol allura l-inċident qatt ma ġie rrapportat u ħadd ma ndenja ruħu jiġbor is-saba’ mill-ħanut.

Is-saba’ spiċċa f’kontenitur tal-ġelati u baqa’ hemm sakemm spiċċa f’ħalq il-klijent.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zac Oliver, tifel Ingliż ta’ 4 snin minn Broseley, Shropshire, ibati minn kanċer rari li jista’ jiġi kkurat biss fl-Amerka. Il-familja ta’ Zac għamlu diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi biex…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Ċina

Ċiniż spiċċa arrestat wara li qarraq b’familtu li taparsi miet. Mal-aħbar martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel ta’ 34 sena kien maħsub mejjet wara li l-karozza nstabet fi xmara…

Aktar