Barranin
F’Sydney: Tissejjaħ l-armata biex tgħasses it-toroq waqt il-lockdown

Fl-Awstralja mijiet ta’ suldati se jgħinu fl-infurzar tal-lockdown li ġie estiż f’Sydney.

Nosta kkritikaw id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Awstraljani għax iqisu li l-intervent militari huwa eċċessiv u mhux meħtieġ. Il-lockdown mistenni jiġi fi tmiemu fit-28 ta’ Awwissu. In-nies ma jistgħux joħorġu minn darhom għajr biex jagħmlu l-eżerċizzju, ix-xiri, jagħtu kura u raġuni essenzjali oħra.

Il-varjant Delta li feġġ f’Ġunju infetta aktar minn 3,000 persuna u kien il-kawża ta’ disa’ mwiet. Minkejja l-lockdown ta’ ħames ġimgħat, l-infezzjonijiet fl-akbar belt Awstraljana baqgħu jiżdiedu. Fl-aħħar sigħat ġew irrappurtati 170 każ ġdid.