Lokali
Ftehim bejn Identity Malta u l-Arkivji Nazzjonali jwassal għar-restawr ta’ reġistri antiki

Reġistri fost l-aktar antiki li għandha Identity Malta li fihom hemm insinwati kuntratti pubbliċi li jmorru lura kważi mitejn sena, qed jiġu rrestawrati bis-saħħa ta’ ftehim li sar mal-Arkivji Nazzjonali. Referenza għal dawn id-dokumenti mill-impjegati tat-Taqsima tar-Riċerki għadha ssir sal-lum.

Dawn huma r-reġistri tat-Taqsima tar-Riċerki fi ħdan ir-Reġistru Pubbliku. L-eqdem imorru lura sal-1859. Fihom jiġu insinwati kull tip ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà, ipoteki, testmenti, mandati u subbasti bil-għan li tinżamm traċċa tar-relazzjoni tas-sidien tal-propjetà.

Ir-reġistri huma magħmulin minn faxxikli b’karta li għandha aktar minn mitt sena u meqjusa fraġli ħafna. Terġa’ u tgħid l-interventi ta’ restawr li saru fil-passat kienu jinvolvu tiswija bit-tape u b’kolla li biż-żmien aktar tagħmel ħsara. L-użu kontinwu tagħhom kompla ħaffef il-proċess ta’ deterjorazzjoni.

Grazzi għal ftehim li sar bejn Identity Malta u l-Arkivji Nazzjonali, ir-reġistri l-aktar antiki qed jiġu restawrati b’mod metikoluż, xogħol li jirrikjedi ħafna paċenzja u dedikazzjoni kif jispjega r-restawratur Simon Dimech.

”Nieħdu ħsieb li ssir id-dokumentazzjoni tax-xogħol qabel u waqt u anki wara l-proċess ta’ konservazzjoni. U jinvolvi xogħol ta’ tindif, enumerazzjoni, inneħħu repairs antiki li kellna, u nsaħħu d-dokument b’karti apposta biex meta jiġi handled fil-futur jiġi ppreservat aħjar. Qed isir xogħol ukoll fuq il-legatura. Biex nippreservaw il-ktieb fl-aħjar mod possibbli” qal Simon Dimech.

Dawn ir-reġistri qed jiġu diġitalizzati wkoll, madanakollu Michael Mifsud minn Identity Malta jgħid li t-teknoloġija mhux neċessarjament telimina għal kollox il-ħtieġa li dawn jibqgħu jiġu kkonsultati fiżikament.

Is-Senior Manager Michael Mifsud qal ”meta int għandek sistema kompjuterizzata miktubin hand-written. Ma kellhomx computers jew typewriter, biex naraw ċertu ktiba bilfors irridu mmorru għad-dokument oriġinali.”

Ir-reġistri tal-insinwa jgħoddu bl-għexieren ta’ eluf. Kull reġistru jieħu madwar ġimgħa biex jiġi rrestawrat.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Minn għadd ta’ knejjes ħarġu l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. TVM żar il-Bażilika Kolleġġjata fl-Isla fejn segwa t-tħejjijiet li jsiru minn wara l-kwinti qabel ħarġet waħda mill-eqdem purċissjonijiiet li jsiru bħal-lum…

Stejjer Umani

Gesmond Micallef ilu għoxrin sena b’riskju għal ħajtu jmur idewwi nies midrubin serjament fil-gwerer. Ftit tal-jiem ilu, is-sur Micallef li huwa infermier ngħaqad ma’ tim mediku Franċiż biex idewwi nies…

Lokali

Għall-Knisja Kattolika l-qofol tat-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù ntlaħaq kmieni l-Ġimgħa waranofsinhar fil-knejjes kollha, bir-rakkont tal-Passjoni skont l-Evanġelista San Ġwann, l-Adorazzjoni tas-Salib, u t-Tqarbin. Minn għadd ta’ knejjes imbagħad…

Aktar