Lokali
Ftehim bejn l-Aġenzija Sapport u l-MEA biex jgħinu persuni b’diżabilità jsibu xogħol

Iffirmat ftehim fil-prinċipju bejn l-Aġenzija Sapport u l-assoċjazzjoni għal min iħaddem l-MEA, biex għall-ħames snin li ġejjin, issir kollaborazzjoni biex il-persuni b’diżabilità li qed ifittxu xogħol, jinstabilhom impjieg. Bħalissa hemm 215 jirreġistraw għax-xogħol waqt li bid-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-ingaġġ tal-persuni b’diżabiltà, sar hemm aktar minn 2700 persuna b’diżabiltà b’impjieg full time u kwazi 800 oħra li għandhom xogħol part time.

Is-Sur Joe Cini, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport qal li b’kollaborazzjoni mal-MEA qed issir ħidma biex permezz tal-programm INK il-persuni b’diżabilità jinstabilhom impjieg xieraq. Skont il-liġi kumpanija li tħaddem ‘il fuq minn 20 ruħ, trid tħaddem 2% tal-impjegati li jkunu persuni b’diżabilità.

“Bħalissa qed nagħmlu meetings ma’ entitajiet kbar u żgħar, aċċettawna u qegħdin inħejju taħrig għall-impjegati tal-employers u taħrig għall-persuni b’diżabilità'”

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Għal Min Iħaddem Joe Farrugia qal li permezz ta’ dan il-ftehim se tingħata għajnuna biex il-kumpaniji membri fl-assoċjazzjoni li bejniethom jħaddmu mas-60,000 impjegat, jingħataw taħriġ u appoġġ biex jinghelbu d-diffultajiet biex dawn ihaddmu persuni b’diżabiltà.

“Se nużaw riżorsi tagħna u kuntatti mal-business commuinity, mea index dwar kull skema li joffri l-Gvern, u hekk l-istakeholders bi sforz biex persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol”.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li l-proġett INK li għalih ġew ivvutati tlett miljun ewro għal tlett snin għaddej b’ħidma u taħriġ biex il-persuni b’diżabilità jinstabilhom impjieg b’dinjità fejn ikunu kuntenti huma u min iħaddimhom. Il-proġett ink jagħti taħrig lil persuni b’diżabilità, lil min iħaddem u anki lill-qraba tal-persuni b’diżabilità.

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar