Avjazzjoni
Ftehim bejn l-Air Malta u Qatar Airways

L-Air Malta u Qatar Airways iffirmaw ftehim ta’ code sharing.

L-Air Malta qalet fi stqarrija li dan il-ftehim isaħħaħ ir-rieda tagħha li tespandi n-netork u huwa xhieda ta’ impenn ta’ Qatar Airways li tkompli isaħħaħ is-servizzi li bdiet topera minn Malta s-sena l-oħra.

Il-bejgħ jippermetti lill-passiġġieri tal-Air Malta li jivjaġġaw fuq titjiriet ta’ Qatar Airways bejn Doha u lil hinn, b’konnessjoni ma’ 60 destinazzjoni fosthom l-Awstralja b’waqfa waħda.

Il-passiġġieri ta’ Qatar Airways se jibbenefikaw minn aċċess għan-network estensiv tal-Air Malta lejn destinazzjonijiet fil-Mediterran fost oħrajn.