Kunsilli Lokali
Ftehim biex il-Kunsilli Lokali jkunu responsabbli tal-manutenzjoni tal-bereġ tas-saħħa

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tas-Saħħa Primarja daħlu fi ftehim dwar il-bereġ tas-saħħa. Il-ftehim jipprovdi għal arranġamenti biex b’mod volontarju, il-Kunsilli Lokali jkunu responsabbli tal-manutenzjoni tal-berġa filwaqt lid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ser jipprovdi s-servizzi mediċi flimkien mal-ispiża inizjali tar-rinovar tal-post.

Ftehim iffirmat bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tal-Kura Primarja jipprovdi għal qafas dwar iż-żamma fi stat tajjeb tal-bereġ tas-saħħa fil-lokalitajiet.

Mario Fava, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali qal “il-Kunsilli Lokali ser ikunu qed jintbagħtu permezz ta’ dan l-MOU li mhux obbligatorju u ser ikun qafas regolatorju li l-maintenance fil-berġa li diġà tkun devoluta lill-Kunsilli Lokali jara li tinżamm bl-aħjar mod possibbli ħalli jingħata l-aħjar servizz possibbli”.

Il-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Kura Primarja Roseanne Camilleri qalet li diġà qed isir xogħol fil-bereġ mal-Kunsilli tal-Kalkara, Marsaxlokk, tal-Pietà u Birżebbuga.

Roseanne Camilleri qalet “il-Kunsill Lokali ser ikollu l-parti tal-primary health, il-pazjent ser ikun qed jinqeda aħjar mill-komunità għax meta jsir ċertu livell ta’ refurbishment inżidu anke s-servizzi li hemm bħalissa”.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-proġett biex jogħla l-livell tal-bereġ l-aħjar li jsir id f’id mal-kunsilli.

Dr Fearne qal “irridu nagħmlu refurbishment qawwi f’dawn il-bereġ kemm mill-ammont ta’ apparat ġdid u l-binjiet infushom imma anke fis-servizzi li nagħtu. Dan jidhrilna li l-aħjar nagħmluh flimkien mal-Kunsilli Lokali”.

Il-Ministru Fearne fil-preżenza tas-Segretarju Parlametari Silvio Parnis qal li l-finanzjament għas-servizzi mediċi u anke għar-rinovar u l-manutenzjoni tal-bereġ ser jinħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ- ‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Kronaka

Rumen ta’ 30 sena darab ġrieħi gravi wara li l-forklifter li kien riekeb fuqu nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:15 ġewwa t-Tarzna fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Il-forklifter kien misjuq…

Aktar