Edukazzjoni
Ftehim biex l-MCST u l-Istitut tal-Edukazzjoni jgħinu lil xulxin

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCST, u l-Istitut tal-Edukazzjoni, iffirmaw ftehim biex jikkollaboraw aktar mill-qrib, billi, fost l-oħrajn, il-ħaddiema taċ-ċentru Esplora jieħdu taħriġ fl-Istitut biex isaħħu l-ħiliet u l-mod ta’ kif jikkomunikaw mat-tfal u l-istudenti li jżuru ċ-ċentru.

Waqt l-iffirmar, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MCST, Jeffrey Pullicino Orlando qal li dan il-ftehim għandu jikkontribwixxi biex jogħla l-livell tal-istaff fl-Esplora. Semma kif fl-istess waqt, l-Istitut tal-Edukazzjoni se jkun jista’ juża l-bini f’Bighi għall-korsijiet li jorganizza fl-oqsma tax-xjenza u l-matematika, fost l-oħrajn.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut tal-Edukazzjoni, Joanne Grima, qalet li l-għan ewlieni tal-istitut hu li jħarreġ lil kull persuna li għandha sehem fl-iżvilupp tat-tfal u għalhekk joffri korsijiet għal kull min hu interessat li jtejjeb il-kompetenzi tiegħu. Qalet li ċ-ċentru Esplora joffri esperjenza interattiva li ma tinstabx fl-iskejjel, u għalhekk l-esperjenzi li jistgħu jiksbu l-edukaturi huma aktar effettivi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Esebizzjoni li żżewwaq il-figurattiv mas-surreali, il-pitturi ta’ Alfie Gatt jinstigaw u jnebbħu l-kilba għal dak li huwa naturali. “Love Letter” hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi mimlija immaġinazzjoni. Alfie Gatt huwa…

Stejjer Umani

Iċ-Champion ta’ Malta tal-bowling taħt it-23 sena huwa Philip Gruppetta li mhux biss irnexxilu jegħleb il-kundizzjonijiet intellettwali tiegħu iżda anke l-kompetizzjoni ta’ żgħażagħ oħrajn bla diżabbiltà. Din hi s-sitt darba…

Kultura

Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg inawgurat il-wirja ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’ f’għeluq it-tletin sena tal-Premju Andrei Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb. Andrei Sakharov (1921-1989) kien Russu, bniedem għaref, xjentist kbir, studjuż u awtorità fil-fiżika. Għalkemm meqjus…

Lokali

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ftit aktar minn ħames mija u ħamsin pazjent marru għall-kura barra minn Malta. TVM iltaqa’ ma’ Helen Caruana li tinsab Londra tistenna trapjant tal-fwied u…

Aktar