Teknoloġija
Ftehim għandu jwassal f’titjib tal-apparat teknoloġiku għal persuni b’diżabilita’.

Ftehim bejn il-fondazzjoni FITA u l-Università ta’ Malta mistenni jwassal għal titjib fis-software biex firxa akbar ta’ persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jużaw b’mod iktar faċli apparat teknoloġiku li jtejbilhom ħajjithom.

Ir-rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, qal li f’dan il-proġett se jieħdu sehem studenti mill-fakultà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-kommunikazzjoni.

Il-Professur Alfred Vella qal li l-Università qed tidħol għal dan il-progett b’entużjażmu għaliex il-fakultà tal-ICT se tkompli ssaħħaħ ir-riċerka filwaqt li tkun ta’ servizz ghal persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja aħjar u iktar aċċessibbli.

Dr Claire Borg mill-Fakultà tal-ICT qalet li l-fakultà se taħdem fuq is-sistema tal-ispeech processing li tintuża f’mobiles u kompjuters. “Dan il-proġett partikolari huwa dwar Malti miktub u nipproduċu vuċi bil-Malti, din tintuża ħafna, bħal mobile, ikellmek lura, u din it-tip ta’ teknoloġija mportanti għall-ispeech processing bil-Malti.”

Il-Kap eżekuttiv tal-FITA, Stanley Debono, qal li l-ispeech engine żviluppata mill-fondazzjoni saret snin ilu u issa hemm bżonn li tigi aġġornata. “Peress li ħarġet f’ċertu żmien, anki l-ammont ta’ riċerka li saret huwa datat, u peress li software taħdem fuq windows, ma nistgħux nibqgħu immantnuwa bħala Fita b’mod indefinit.”

Is-sur Debono qal lil TVM li l-ftehim se jgħin biex is-sistema żviluppata tibqa’ sservi għal numru ieħor ta’ snin, u tkun tista’ tintuza minn firxa akbar ta’ persuni b’diżabbilitajiet, fosthom id-dyslexia.

Aħbarijiet Oħra

Il-Professur Alexiei Dingli qal li għalkemm it-teknoloġija ilha magħna 70 sena mistennija tkompli tbiddel id-dinja tagħna fl-għaxar snin li ġejjin. Waqt seminar organizzat bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku dwar il-prospetti…

F’messaġġ fil-bidu tal-ġimgħa ddedikata għas-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru Robert Abela qal li s-Servizz Pubbliku kien u jibqa’ s-sinsla tal-Gvern. Dr Abela rringrazzja li dawk kollha li qamu għall-okkażjoni u taw…

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza fil-konfront ta’ Joseph Calleja, li kien jaħdem ma’ Identity Malta. Huwa kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs u ordnat jagħti lura €44,400 wara li nstab…

Wara li Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista talab biex tkun posposta l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali responsabbli mit-tmexxija tal-elezzjoni qalet li m’hemmx bażi għal din it-talba. Qalet li l-Kummissjoni Elettorali ilha…

Aktar