Lokali
Ftehim għat-tisħiħ tat-turiżmu fil-Mediterran

L-Unjin tal-Mediterran u l-Fondazzjoni tat-Turiżmu tal-Mediterran iffirmaw ftehim fil-prinċipju biex jikkollaboraw fit-tliet proġetti bil-għan li t-turiżmu jservi bħala mezz għat-tisħiħ tal-koperazzjoni u l-prosperità fil-pajjiżi Mediterranji. L-iffirmar tal-ftehim sar fil-preżenza tal-President Marie Louise Coleiro Preca bħala patruna tal-fondazzjoni.

Waqt li ppresediet għall-iffirmar tal-ftehim fil-Palazz ta’ San Anton bejn il-Fondazzjoni tat-Turiżmu tal-Mediterran u l-Unjoni tal-Mediterran li tiġbor fiha 28 pajjiż, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li din il-kollaborazzjoni hija frott taż-żjara li għamlet lill-Unjoni tal-Mediterran fi Spanja. Hija ddiskriviet dal-ftehim bħala impenn taż-żewġ naħat biex bit-turiżmu jippromovu r-releazzjonijiet bejn il-poplu u d-diversità kulturali.

Il-President tal-fondazzjoni Tony Zahra qal li dal-ftehim iwitti t-triq għall-ħidma flimkien bejn iż-żewġ għaqdiet.

Tony Zahra qal li “l-MOU tal-lum jagħmel uffiċjalment biex iż-żewġ organizazzjonijiet jagħmlu proġetti flimkien. Għandna tliet proġetti li se naħdmu magħhom.”

Is-sur Zahra qal li l-proġetti li se jkunu varati x-xahar id-dieħel. Qal li dawn ser ikunu dwar l-enerġija, il-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura u it-titwaqqaf orkestra tal-Mediterran.”

Is-Segretarju Ġenerali tal-Unjin għall-Mediterran, Fathallah Sijilmassi qal li b’dawn il-proġetti, wieħed jista jgħaqqad in-naħa ta’ fuq man-naħa t’isfel tal-Mediterran.

“Tourism is a little bit of a summery of everything that we are aiming to do in order to promote peace, development and stability in the Euro-Mediterranean region because it is about people, growth, mutual understanding,a nd about mobilities” qal Fathallah Sijilmassi.

Iż-żewġ naħat qablu li jaħdmu flimkien biex jippromwovu ħames oqsma li lkoll flimkien jikkontribwixxu għal tisħiħ tat-turiżmu, tad-djalogu u tal-prosperità fir-reġjun tal-Mediterran.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li ċ-ċifri tal-Eurostat juru li fl-aħħar erba’ snin, Malta kellha tnaqqis fil-faqar fil-faxxex kollha tal-persuni li kienu f’riskju tal-faqar. Dr Falzon qal…

Lokali

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca offriet li timmedja fuq l-emendi tal-IVF wara li fi stqarrija mill-uffiċċju tal-President ngħad li hi tinsab imħassba bl-ostilità li qed toħroġ minn dibattiti pubbliċi dwar l-emendi…

Lokali

Huwa meqjus bħala l-akbar vjolinista fil-kamp tal-mużika klassika. Tinduna anke mill-manjiera kif mużiċisti oħra jilqawh, bi stima impresjonanti għall-kapaċitajiet li joffri. U meta tiltaqa’ miegħu wiċċ imb’wiċċ, issib persuna umli,…

Aktar