Barranin
Ftehim itemm it-taqtigħa kontinwa bejn il-Hamas u l-Fatah

Ftehim ta’ għaqda bejn il-Hamas u l-Fatah temm 10 snin ta’ taqtigħ kontinwu bejn dawn iż-żewġ fazzjonijiet Palestinjani. Il-ftehim ġie ffirmat fil-Kajr, bl-Egittu kien il-medjatur bejn iż-żewġ naħat.

Il-Hamas kienu rebħu l-elezzjonijiet fit-territorji okkupati fl-2006 u anke kienu qed imexxu Gaza wara li keċċew lill-membri tal-Fatah.

Fl-aħħar għaxar snin iż-żewġ fazzjonijiet tqabdu bejniethom biex jieħdu kontroll tal-artijiet Palestinjani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ Awstrijakk kisser ġebla mill-Kolossew biex iżommha bħala tifkira.  Iżda l-ġest li għamel ma tantx baqa’ mistur għax malajr sab ma’ wiċċu lill-Pulizija Taljana. Waqt ronda fiż-żona tal-Anfiteatro Flavio u…

Barranin

Mijiet ta’ tfal qed jinżammu ġo gaġeġ fil-faċilitajiet mal-fruntiera tal-Istati Uniti. Tfal immigranti, li ġew mifruda minn mal-ġenituri tagħhom, qed jinżammu f’dak li ssejjaħ ħabs. Dan qaluh il-ġurnalisti li żaru…

Barranin, Kurżitajiet

Missier id-Dukessa ta’ Susses, Thomas Markle, qal li bintu bkiet meta saret taf li hu ma kienx se jattendi għat-tieġ tagħha mal-Prinċep Harry. F’intervista waqt il-programm Good Morning Britain fuq…

Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Aktar