Kultura
Ftehim li għandu jsaħħaħ il-wirt tal-arkivji nazzjonali

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni tal-Konservazzjonisti u r-Restawraturi ffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni. Iż-żewġ naħat qablu li permezz ta’ ftehim bħal dan jista’ jsir bdil ta’ informazzjoni bejniethom.

Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tar-Restawr u l-Konservazzjoni tal-Arti, li se jiġi ċċelebrat il-Ħadd li ġej, l-Arkivji Nazzjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Konservazzjonisti u r-Restawraturi iffirmaw ftehim li se jwassal għal iżjed kollaborazzjoni bejniethom. L-Arkivista Nazzjonali, Dr Charles Farrugia, qal li dan il-ftehim għandu jkompli jsaħħaħ il-wirt arkivistiku u l-konservazzjoni tieħu.

“Nemmnu verament li fejn jidħol il-wirt arkivistiku u fejn tidħol il-konservazzjoni ta’ dan il-wirt arkivistiku, għandhom ikunu nies professjonali li jagħmlu l-ħidma magħna fuq dan ix-xogħol. Il-mod kif se ngawdu bħala żewġ naħat minn dan l-arranġament huwa bi qsim ta’ informazzjoni per eżempju, b’għajnuna anke lill-membri ta’ din l-assoċjazzjoni fejn jidħlu attivitajiet fejn jidħlu komunikazzjonijiet tagħna u li se jkollna din l-assoċjazzjoni taħdem mill-qrib magħna f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-konservazzjoni tal-wirt arkivistiku,” qal Dr Farrugia.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Konservazzjonisti u r- Restawraturi, James Licari, qal li d-dokumenti li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali jgħinu ħafna lill-membri tagħhom.

“Dan se jsaħħaħ il-konservazzjoni bejn il-professjonisti li jagħmlu r-restawr u l-arkivji. Huwa valur importanti għalina li l-membri tagħna jagħmlu r-riċerka qabel ma jibdew jagħmlu x-xogħol u dan l-arranġament ħa jgħin fir-riċerka,” qal is-Sur Licari.

Is-sur Licari qal li dan il-ftehim ġie f’mument opportun meta l-Ewropa qed tfakkar ix-xogħol li jsir fil-konservazzjoni tal-arti u b’hekk Malta wkoll qed turi l-importanza li għandha tingħata lil dan il-qasam.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin; sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song…

Mużika

Il-Malta Music Awards wara ħames snin wieqaf se jerġa’ jkun il-pjattaforma li tagħti viżibilità akbar lill-artisti Maltin li matul is-sena l-oħra ħadmu biex joħorġu diska jew album oriġinali. Iċ-Chairman tal-Malta…

Qorti

Sudaniż li ammetta li seraq pouch bil-flus minn karozza fil-Ħamrun, ingħata sentenza ta’ 7 xhur ħabs, u ornat mill-Qorti biex meta jiskonta s-sentenza jintbagħat lejn pajjiżu. Muhamed Islam Elden tressaq…

Aktar