Immigrazzjoni
Ftehim proviżorju bejn il-pajjiżi tal-UE dwar il-gwardji tal-kosta u l-fruntieri

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew dalgħodu laħqu ftehim proviżorju fuq liġi ġdida tal-UE dwar il-gwardji tal-kosta u l-fruntieri, li nkitbet u ġiet innegozjata mill-MEP Roberta Metsola.

Fi stqarrija maħruġa mid-delegazzjoni Maltija tal-PPE, intqal li din il-liġi se tissarraf f’żieda ta’ 10,000 gwardji tal-kosta u l-fruntieri ġodda, kif ukoll persuni li se jitpoġġew mal-fruntieri tal-Ewropa fi sforz biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-immigrazzjoni u l-kriminalità bejn il-fruntieri.

Intqal li se jsir aktar effiċjenti wkoll il-proċess għal dawk li m’humiex eliġibbli għall-protezzjoni fl-Ewropa, kif ukoll li tiżdied il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’garanziji għad-drittijiet fundamentali. Il-liġi l-ġdida se tipprovdi għodod neċessarji biex jintużaw fil-fruntieri esterni biex tkun miġġielda l-kriminalità bejn l-istess fruntieri.

L-MEP Metsola qalet li tinsab sodisfatta li tlaħaq dan il-ftehim proviżorju li se jindirizza wieħed mill-aktar tħassib taċ-ċittadini fl-Unjoni. Qalet li l-liġi tal-Gwardji tal-Kosta u l-Fruntieri Ewropej se tbiddel il-mod kif l-Ewropa timmaniġġja l-fruntieri.

Il-vot finali fuq il-liġi se jittieħed f’April.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda żjara ta’ 24 siegħa fil-Lussemburgu. Fl-ewwel impenn tiegħu, huwa kellu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel u iktar tard jiltaqa’ mal-komnunità ta’ ħaddiema Maltin li…

Qorti

Marokkina u Sirjan tressqu l-qorti seperatament u ġew akkużati bi vjolenza domestika fuq xulxin. Huma dehru quddiem il-Magistrat Joe Mifsud bi griff f’wiċċhom. It-tnejn ċaħdu l-akkużi. Il-mara ġiet akkużata fost…

Edukazzjoni

Wara li ħarġu r-riżultati tal-O Levels, ħafna l-istudenti li qed imorru għall-pariri fuq il-karriera jistgħu jaqbdu fis-snin li ġejjin. Dawn is-servizzi tal-pariri qed jingħataw mill-Junior College li joffru pariri wkoll…

Lokali

Il-kumpanija għat-tiftix taż-żejt Edison International ngħatat liċenzja mill-Gvern Malti biex tfittex għaż-żejt f’medda ta’ 6,400 kilometru fil-baħar fit-Tramuntana ta’ Malta. Fi stqarrija l-gvern qal li l-liċenzja għal sena lil Edison…

Aktar