Kurżitajiet
F’Texas: Jaf teħel 20 sena ħabs wara li marret tilgħaq ġelat u poġġietu f’postu

Tfajla daħlet f’baħar inkwiet wara li ttella’ fuq il-midja soċjali filmat li jikxifha tiftaħ u tilgħaq ġelat f’supermarket u tpoġġih lura f’postu.

Il-pulizija ta’ Texas qalu li permezz tal-filmat jistgħu jaslu għall-identità tat-tfajla li jaf teħel sa 20 sena ħabs u multa ta’ $10,000 fuq li għamlet.

L-inċident seħħ f’supermarket ta’ Walmart f’Lufkin fejn it-tfajla għamlet imħatra ma’ ġuvni li wasslet lis-supermarket biex jirtira minn fuq l-ixkafef il-ġelati kollha tad-ditta Blue Bell.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Aktar