Barranin
F’Texas: tabbanduna lil erba’ wlieda – wieħed jinqatel

F’Texas omm ġiet arrestata mill-pulizija flimkien mas-sieħeb tagħha wara li abbandunat lil erba’ wliedha. Is-sieħeb tagħha huwa s-suspettat bil-qtil ta’ wieħed mihhom.

Il-Pulizija qalu li t-tlett itfal instabu l-Ħadd f’appartament f’Houston, fejn kienu qegħdin jgħixu flimkien mal-iskeletru ta’ ħuhom.

Brian Coulter, is-sieħeb tal-omm ta’ 31 sena kien akkużat li bil-qtil tat-tifel fl-2020. It-tifel kellu biss tmien snin meta miet. Omm it-tfal, Gloria Williams ta’ 35 sena kienet akkużata li weġġgħet lit-tifel.

It-tifel il-kbir li għandu 15-il sena qal lill-pulizija li ħuh kien ilu mejjet għal aktar minnsena. It-tfal qalu li kienu qegħdin jingħataw l-ikel mill-ġirien tagħhom.