Stejjer Umani
Ftit ilu ried itemm ħajtu – illum irid isalva lil min hu fil-bżonn

Ġuvni transesswali ta’ 24 sena li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien se jtemm ħajtu, jixtieq li jiftaħ ċentru ta’ appoġġ għal min bħalu jkollu mumenti simili. Ethan Cuschieri qal li nies li għal raġuni jew oħra jkollhom sfidi mentali jħossu li ħadd mhu qed jifhimhom.

Ethan Cuschieri huwa ġuvni transesswali u ta’ 4 snin ġie adottat mir-Rumanija bħala tifla minn koppja Maltija. Ethan jgħid li filwaqt li jħossu fortunat li ġie adottat, il-fatt li ma qatt ma sar jaf min huma l-ġenituri bioloġiċi tiegħu, affettwatu. Ethan qal li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien qed jaħseb biex itemm ħajtu, u dawn il-mumenti kienu jiġuh ta’ spiss.

Ethan Cuschieri qal “meta tispiċċa waħdek, l-uġigħ mentalment…jiġi wġigħ fiżikament għax il-moħħ ma jkunx jiflaħ iżjed”.

Ethan qal li min ma jgħaddix minn dawn il-mumenti ma jifhimx x’wieħed iħoss.

“Tħoss pressa kbira fuq dahrek li ma tistax toħroġ minnha u li tagħmel x’tagħmel ma ssibx paċi”.

Ethan huwa ggradwat b’diploma fil-health u social care mill-MCAST u l-ħolma tiegħu li jiftaħ ċentru ta’ appoġġ għal min ibati minn sfidi bħal tiegħu.

Ethan qal “l-għan tiegħi li jkun hemm did-dar partikolari li tilqa’ n-nies bil-bibien miftuħa,biex persuna minn zero issir a hero”

Ethan li huwa ġenitur ta’ tifel ta’ ħames snin jgħid li meta jħares lejn it-tifel jagħmel kuraġġ biex il-ħajja għada jkun storja ferm isbaħ mill-bieraħ.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 34 sena, li joqgħod il-Fgura, weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li ċ-ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u ġarrab xi ġrieħi. Huwa…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’…

Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Aktar