Kurżitajiet
Ftit ramel ġab koppja f’baħar inkwiet…

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja.

Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari f’Sardenja u għalhekk ġabret ftit ramel f’xi fliexken.

Ir-ramel bajdani tal-gżira Taljana huwa protett bil-liġi u għalhekk dawn it-turisti mistennija jiġu mħarrka madwar €3,000 u possibbilment jafu jeħlu mas-6 snin ħabs.

Il-koppja baqgħet issostni li ma kinitx taf li qed tikser il-liġi wara li dawn inqabdu bir-ramel fil-fliexken waqt ronda tal-pulizija.

Il-koppja, mara u raġel li għandhom madwar 40 sena, kellhom 14-il flixkun tal-plastik mimli ramel li b’kollox ammontaw għal madwar 40kg.

Dan mhux l-ewwel każ tax-xorti tiegħu li ltaqgħu miegħu l-pulizija u l-uffiċjali tad-dwana Taljana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Gvern irid jingħata sehem mit-taqsima tal-Istati Uniti ta’ Tik Tok, jekk din tinxtara minn kumpanija Amerikana. Trump qal li kien għamel din it-talba lill-kap…

Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Aktar