Barranin
F’Tokyo, jidħlu f’ilma ffriżat biex jittamaw għal sena ġdida mimlija saħħa

Mal-mitt parteċipant urew kuraġġ ta’ sur meta daħlu f’ilma ffriżat biex jippurifikaw ruħhom u jittamaw għal sena ġdida mimlija saħħa.

Nies ta’ kull età – minn żgħar sa kbar – ħadu sehem fir-ritwal annwali Shinto fit-tempju ta’ Tokjo.

Wara ftit tal-eżerċizzju biex iħollu l-muskoli, il-parteċipanti daħlu fl-ilma nġazzat li kien fih il-blokok tas-silġ.

Ir-ritwal Shinto, ilu jsir 65 sena fit-tieni Ħadd ta’ Jannar bil-parteċipanti jinżlu f’banjijiet ta’ ilma ffriżat imħallat bis-silġ.

Ħafna oħra jmorru bi ħġarhom jaraw lill-għawwiema li ta’ kull sena jsibu biżżejjed kuraġġ biex jagħmlu dan ir-ritwal.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Costa Rica saret l-ewwel pajjiż fl-Amerka Ċentrali li fih huwa permess żwieġ bejn persuni tal-istess sess. L-ewwel żwieġ ta’ din ix-xorta xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, ftit minuti biss wara li…

Barranin

L-FBI se tinvestiga l-qtil ta’ raġel iswed fl-istat Amerikan ta’ Minnesota wara li ħareġ filmat juri pulizija għarkubtejh fuq għonq ir-raġel. Fil-filmat ta’ 10 minuti, ir-raġel li x’aktarx għandu fuq…

Ambjent

Filmat miġbud minn għaqda ambjentali fi Franza juri qiegħ il-baħar mimli maskri u ngwanti tal-plastik. Dan it-tagħmir protettiv marbut mal-Covid-19 kien fost għadd sostanzjali ta’ plastik u skart ieħor li…

Barranin

Fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf, diversi pajjiżi taż-żona Schengen qed jikkunsidraw bis-serjetà li jiftħu mill-ġdid il-fruntieri għat-turisti. Spanja ħabbret li mill-1 ta’ Lulju se tneħħi l-kwarantina ta’ ġimagħtejn għall-persuni li jżuru…

Aktar