Barranin
F’Toronto: Jitqaċċat air conditioner u joqtolha fil-pushchair

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja.

Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident.

It-tifla ttieħdet b’urġenza l-isptar iżda mietet ftit tal-ħin wara.

L-omm ma ġarbet l-ebda ġrieħi.

L-awtorità tal-housing f’Toronto esprimiet id-diqa tagħha għall-aħbar kiefra u wissiet lill-propjetarji u residenti biex jiżguraw li l-air conditioners jitwaħħlu kif suppost biex ma jikkaġunawx inċidenti bħal dawn.

L-awtorità wissiet li anke l-inkwilini jafu jinstabu responsabbli għat-twaħħil kafkaf ta’ air conditioners u mistennija tieħu l-passi neċessarji dwar dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Konservattivi rebħu l-elezzjoni fir-Renju Unit b’maġġoranza komda. Il-kap Boris Johnson qal li sakemm ma jiġrix xi ħaġa stramba ħafna, ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea x-xahar id-dieħel. Il-Konservattivi ħadu numru…

Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Barranin

Jaf tkun elezzjoni deċiżiva – għallinqas dwar Brexit – dik li qed issir illum fir-Renju Unit. Iżda jaf ukoll li r-riżultat ma jwassalx għal soluzzjoni konklussiva speċjalment jekk ħadd mill-partiti…

Barranin

Iżrael se jmur għat-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn sena wara li skada ż-żmien biex tkun iffurmata koalizzjoni ta’ maġġoranza. L-elezzjoni li jmiss mistennija ssir fit-tieni jum ta’ Marzu li ġej….

Aktar