COVID-19
Fundación MAPFRE tagħmel donazzjoni ta’ 100,000 maskra lil Malta

Fundación MAPFRE, fondazzjoni bla skop ta’ profit fi ħdan il-Grupp MAPFRE, tat donazzjoni ta’ 100,000 maskra ta’ protezzjoni lil Malta.

Il-President ta’ MAPFRE Middlesea Martin Galea, u l-Kap Eżekuttiv Felipe Navarro, qalu li din l-inizjattiva tifforma parti minn programm globali li biħ Fundación MAPFRE allokat baġit ta’ € 35 miljun biex tappoġġa firxa ta’ ħtiġijiet mediċi u komunitarji, biex jindirizzaw problema ta’ nuqqas ta’ provvisti kritiċi għall-professjonisti mediċi u oħrajn li qedin minn ta’ quddiem nett, f’27 pajjiż madwar id-dinja.

L-Inġinier Karl Farrugia, Direttur Maniġerjali, direttur fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa, qal li dawn il-maskri se jitqassmu lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa bħala l-ewwel responders fis-sistema tas-saħħa nazzjonali.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne irringrazzja lil Fundación MAPFRE għall-appoġġ li qed tagħti lill-ħaddiema tas-saħħa waqt dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Qal li għalkemm il-Gvern qed jiżgura li jkollu ħażna adekwata ta’ tagħmir protettiv personali, inizjattivi bħal dawn mis-settur privat ikomplu jgħinu sabiex Malta tkun aktar ippreparata meta tiġi biex tiffaċċja t-tieni mewġa potenzjali ta’ każijiet Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar