Kultura
Fuq ir-riħ tal-irdumijiet tal-kosta tal-Qrendi jerġa’ jibda jitgawda mill-pubbliku

Proġett ta’ restawr li sewa ftit iktar minn kwart ta’ miljun ewro mħallas mill-fondazzjoni tal-ajruport internazzjonali, wassal biex torri storiku fuq ir-riħ tal-irdumijiet tal-kosta tal-Qrendi, jerġa’ jibda jitgawda mill-pubbliku. Torri Xutu kien torri għassies fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann iżda spiċċa mitluq iktar minn 17-il sena ilu.

Inbena fi żmien il-Gran Mastru Lascaris, l-ewwel wieħed bil-ħnejjiet u sod biżżejjed biex jintrama kanun fuq il-bejt. Turu Xutu f’tarf in-niżla ta’ Wied iż-Żurrieq kien prototip għal sensiela ta’ torrijiet li nbnew mal-kosta mis-suċċessur ta’ Lascaris – il-Gran Mastru De Redin.

Għasses mhux biss din il-parti ta’ Malta imma maż-żmien intuża mill-Pulizija tal-kosta u sal-2002 kien ukoll għassa tal-pulizija. Fl-2002 dan it-torri spiċċa abbandunat. Kien bis-saħħa tal-Malta Airport Foundation li ħadet l-inkarigu għar-restawr bħala l-ewwel proġett tagħha, u l-għaqda Din l-Art Ħelwa, li flimkien fl-aħħar erba’ snin reġgħu taw il-ħajja lil dan it-torri.

Fl-inawgurazzjoni tat-tlestija tar-restawr tiegħu, il-President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa, il-Professur Alex Torpiano qal li r-restawr fuq it-Torri Xutu ma kienx nieqes mill-isfidi tiegħu iżda bl-appoġġ u r-riċerka meħtieġa dan it-torri storiku issa jinsab fl-istat oriġinali tiegħu.

Alan Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li permezz tal-Fondazzjoni, l-ajruport diġà investa b’mod sinifikanti fi proġetti ta’ restawr u riċerka bħala parti mir-responsabbiltà soċjali u komunitarja tiegħu. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dan il-proġett ta’ restawr jikkumplimenta l-isforzi li jsiru biex ikompli jitjieb il-prodott turistiku.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn għada u t-Tlieta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jkun f’Malta fuq żjara uffiċjali. Juncker mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-President ta’ Malta George…

TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Aktar