Kurżitajiet
Fuq Serataron Claudette Buttigieg tirrakkonta kif nfetqilha l-qalziet!

F’Serataron ta’ din il-ġimgħa l-Onorevoli Deputy Speaker tal-Parlament Claudette Buttigieg se tgħidilna kif kien infetqilha l-qalziet waqt il-logħba popolari ‘Shame On You’ li fiha l-mistednin ta’ Ron, li din il-ġimgħa flimkien ma’ Claudette huma Gaia Cauchi u t-Tiktoker Kyle ix-Xiki jridu jippruvaw jaqtgħu ta’ min hi l-istorja imbarazzanti.

Din il-ġimgħa l-makkjetta tar-Ronnies iżżeffen ukoll lil Jacqui Losco, il-ko-preżentatriċi tal-programm. Flimkien magħha, ma’ Ron u t-tliet mistednin jingħaqdu wkoll żewġ mistednin speċjali oħra u se narawhom jagħmlu affarijiet li żgur qatt ma stennejna!

Se naraw għalfejn Ron joħroġ liebes differenti, liema karattru se jinterpreta x-Xiki u għalfejn! Hemm ukoll imħejjija l-logħba tant popolari tal-‘What’s In the Box’ li fiha l-parteċipanti jridu jdaħlu jdejhom ġo kaxxa misterjuża u jippruvaw jaqtgħu x’hemm. U iva, tista’ tkun ħaġa ħajja għax probabli bejnkom u bejn ruħkom qed timmaġinaw xi annimal li ma tantx tiggustaw. Kollha għandhom sorpriżi li probabbli anke intom li ħa tkunu qegħdin issewgu ħa toqomsu minn fuq is-sufan xħin tarawhom!

Dan u aktar fuq il-programm divertenti Serataron. Illejla fid-20.50 fuq Tvm.