Sport
Futbol: Malta tirbaħ lill-Gżejjer Faroe 2-1

Illejla fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, f’logħba li ntemmet għall-ħabta tat-8.00pm, Malta rebħet lill-Gżejjer Faroe 2-1.

Goals skurjati minn Kyrian Nwoko u penalty ta’ Steve Borg – wieħed f’kull taqsima.

Il-Gżejjer Faroe skurjaw seba’ minuti fuq il-ħin miżjud, u aktar kmieni fallew penalty, filwaqt li Malta spiċċat il-logħba b’għaxra min-nies.

Dan kien l-ewwel konfront għal Malta fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-EWRO 2020.

Sadanittant, segwi hawn silta qasira mill-atmosfera fl-istadium nazzjonali fi tmiem il-logħba:

Ara wkoll:

Rebħa brillanti għal Malta