Barranin
F’Wuhan il-popolazzjoni kollha se jkollha tagħmel test tal-COVID-19

L-awtoritajiet f’Wuhan ordnaw li jsir test għall-COVID-19 lill-popolazzjoni kollha. Dan wara li reġgħu tfaċċaw għadd ta’ każijiet pożittivi.

Wuhan kellha seba’ każijiet li ġew trażmessi lokalment. Dawn kieku l-ewwel infezzjonijiet lokali f’aktar minn sena.

Il-belt ta’ 11-il miljun ruħ kienet l-ewwel post li fiha tfaċċa l-virus fl-2019. Bħalissa ċ-Ċina qed tesperjenza ħafna każijiet meta mqabbel mal-aħħar xhur. Fl-aħħar għaxart ijiem instabu mat-300 każ.

Bħalissa mal-15-il provinċja huma affettwati u dan wassal biex il-Gvern jordna lil kulħadd biex jagħmel it-test u jagħmel restrizzjonijiet fosthom lockdown.

L-awtoritajiet qed jattribwixxu l-firxa tal-virus lill-varjant Delta u lill-istaġun tat-turiżmu.