Divertiment
G7 events iwaqqfu l-attivitajiet kollha tal-massa li kellhom ippjanati

Il-kumpanija fil-qasam tad-divertiment G7 flimkien ma’ Sound Salon qalu fuq facebook li wara li għamlu monitoraġġ tas-sitwazzjoni u kkunsidraw ħafna affarijiet, iddeċidew li jwaqqfu l-attivitajiet kollha tal-massa li kellhom ippjanti għaż-żmien li ġej.

Qalu li se jibqgħu isegwu s-sitwazzjoni kif tiżviluppa u jiddeċiedu ġimgħa b’ġimgħa jekk u meta jkomplux jorganizzaw l-attivitajiet tal-massa.

Żiedu li huma dejjem poġġew is-saħħa pubblika prijorità u mxew mar-regolamenti tal-awtoritajiet.

G7 events u Sound Salon kienu l-organizzaturi tal-attività tal-massa Hotel Take Over fil-lukanda Radisson ta’ San Ġiljan minn fejn irriżultaw numru ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Aktar