Barranin
G7: Iċ-Ċina twissi li spiċċa ż-żmien li ftit pajjiżi jiddettaw deċiżjonijiet globali

Iċ-Ċina qalet li ż-żmien li grupp żgħir ta’ pajjiżi jiddettaw deċiżjonijiet globali ilu li għadda.

Dan intqal minn kelliem tal-ambaxxata Ċiniża f’Londra, fl-isfond tas-summit tal-G7 li qed jitlaqqa’ fir-Renju Unit, fejn il-pajjiżi tal-punent qed ifittxu li jilħqu pożizzjoni komuni dwar iċ-Ċina.

Il-kelliem qal li ċ-Ċina temmen li l-pajjiżi, kbar jew żgħar, b’saħħithom jew dgħajfa, fqar jew sinjuri, huma kollha indaqs, u li deċiżjonijiet dinjin għandhom isiru b’konsultazzjoni mal-pajjiżi kollha.

Il-pajjiżi tal-G7 huma l-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Analisti jemmnu li l-President Joe Biden huwa determinat li tittieħed azzjoni immedjata li tilqa’ għall-irkupru taċ-Ċina wara l-pandemija.

Ara wkoll:

Il-mexxejja tal-G7 b’dikjarazzjoni li tassigura li ebda pandemija oħra ma tħarbat lid-dinja