Barranin
G7: Reżistenza għal Trump minħabba t-tariffi imposti minnu fuq prodotti tal-ħadid u aluminium

Fl-ewwel jum tas-summit tal-G7 li qed jitlaqqa’ fil-Kanada nħasset it-tensjoni tal-mexxejja tal-pajjiżi mal-President Amerikan Donald Trump minħabba l-gwerra kummerċjali li għaddejja bħalissa, hekk kif Trump baqa’ jwebbes rasu li jimponi tariffi fuq ħadid u aluminium impurtat minn pajjiżi ‘l barra mill-Istati Uniti.

Waqt is-Summit, Trump għamel mossa fejn qed jipprova jdaħħal lir-Russja fil-G7, li l-pajjiż kien tkeċċa mill-grupp minħabba l-okkupazzjoni tar-Russja fil-Krimea. Malli ressaq din il-proposta, il-kanċillier Ġermaniża Angela Merkel qalet li l-membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma kontra din l-idea.

Waqt is-summit Trump irċieva reżistenza qawwija minħabba t-tariffi imposti minnu fuq prodotti tal-ħadid u aluminium impurtati barra l-Istati. Il-kwistjoni ssemmiet ukoll f’laqgħa bilaterali mal-President Franċiż Emanuel Macron, bi Trump jgħid li jemmen li se tinstab soluzzjoni b’rapporti li qed jgħidu li l-Istati Uniti qablet li tibda taħdidiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropea fi żmien ħmistax.

Trump se jħalli s-summit tal-G7 qabel biex jattendi għas-summit storiku mal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, f’Singapur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Barranin

L-attriċi u direttriċi Taljana Asia Argento kienet waħda minn dawk li akkużat lil Harvey Weinstein li abbużaha. Hija kienet waħda min-nisa prominenti li mexxiet il-moviment #MeToo. Madankollu ftit xhur wara…

Barranin

Grupp ta’ anzjani mill-Korea t’Isfel waslu fil-Korea ta’ Fuq sabiex għall-ewwel darba jiltaqgħu mal-qraba tagħhom wara li kienu nfirdu waqt il-gwerra tal-Korea bejn l-1950 u l-1953. Din il-gwerra devastanti qasmet…

Mużika

Ir-Reverendu Jesse Jackson irrakkonta wieħed mill-aħħar mumenti li għex ma’ Aretha Franklin qabel ma mietet il-Ħamis illi għadda. Waqt servizz fil-knisja fejn għexet f’Detroit, Michigan, ir-Reverendu Jackson jiftakar li kienu…

Aktar