Lokali
Gabbani ta’ perit Malti magħżula għall-ġonna rjali f’Londra

Il-ġonna rjali f’Londra se jkollhom gabbani ġodda ddisinjati minn perit Malti u t-tim tiegħu.

Il-Perit Jonathan Mizzi ġie kkummissjonat biex jiddisinja 9 gabbani ġodda li se jkunu mifruxa f’Hyde Park, Kensington Gardens, u St James’ Park.

Il-kunsill ta’ Westminster għadu kemm ħareġ il-permess għal waħda mill-gabbani li se tkun fis-Serpentine ta’ Hyde Park.

Din il-gabbana se tkun f’post prominenti faċċata tas-Serpentine Gallery u biswit is-Serpentine Sackler Building ta’ Zaha Hadid, li kienet l-aħħar binja permanenti mibnija f’Kensington Gardens.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma waslux għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim dwar Brexit minħabba l-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal dak li se jiġri dwar l-Irlanda; pajjiż maqsum b’biċċa parti…

Edukazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta qed tinvesti ħafna fl-edukazzjoni u għalkemm qed ikun hemm titjib b’mod kostanti, ir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għadha għolja waqt li…

Lokali

Il-kuntistabbli Simon Schembri ddeskriva lilu nnifsu bħala persuna aħjar milli kien qabel l-inċident ta’ Mejju li kien għoddu ħallih mejjet. Waqt it-tnedija tal-Blue Light Foundation li waqqaf biex jiġu mgħejjuna…

Infrastruttura

Stħarriġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà dwar l-aċċessibbiltà fil-Belt għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti wera sitwazzjoni mwiegħra, għax minn 400 stabbilment kummerċjali u binjiet pubbliċi li ġew spezzjonati, huma biss 30…

Aktar