Ambjent
Gabriel, Victoria u Stef lura f’darhom wara li belgħu l-plastik

Gabriel, Victoria u Stef huma tlett ifkieren li ngħataw kura min-Nature Trust minħabba l-ammont ta’ plastik fl-istonku tagħhom. Dalgħodu nħelsu fil-baħar tal-Ġnejna, fejn Nature Trust tat bidu wkoll għal kampanja edukattiva dwar il-problemi mill-plastik li qed jispiċċa fil-baħar.

L-għaqda Nature Trust nediet kampanja edukattiva biex tkabbar l-għarfien dwar il-problema kbira tal-plastik fil-baħar li jispicca mhux biss fil-hut li nieklu. Il-President tan-Nature Trust, Vince Attard, saħaq li l-pubbliku għandu jifhem il-periklu tal-plastik u jara li dan ma jispiċċax fil-baħar.

“Rajna ħafna fkieren li daħlu bil-plastik fl-istonku u ħassejna li rridu nagħmlu xi ħaġa biex din il-kampanja tibqa’ sejra matul is-sajf li ġej fejn aħna bħala Nature Trust Malta u Blu Flag Malta se nkunu qed nikkordinaw kampanja ta’ tindif madwar il-Mediterran kollu,” qal Attard.

Fil-Ġnejna, aktar minn 100 student u studenta minn diversi skejjel li jipparteċipaw fil-programm Ekoskola, attendew għal attività edukattiva fejn ħadu sehem f’workshops biex ikabbru l-għarfien tal-kampanja Litter Less, waqt li għamlu tindif tal-bajja u esperjenzaw it-tluq fil-baħar ta’ tliet ifkieren li kienu għall-kura fiċ-Ċentru ta’ San Luċjan għall-ammont ta’ plastik li kellhom fis-sistema diġestiva tagħhom.

“Nippruvaw inħeġġu lit-tfal u liż-żgħażagħ jaħdmu fuq hekk, u ġejna hawnhekk biex nippruvaw nibdew aħna biex imbagħad ħaddieħor ikompli jara minn fuqna,” qalet Bethanie Gatt, studenta li tieħu sehem f’Ekoskola.

Minbarra Nature Trust, l-istudenti kienu taħt il-gwida ta’entitajiet u organizazzjonijiet oħra li lkoll huma impenjati f’din il-kampanja. Preżenti għall-attività kien hemm ukoll il-preżentatriċi Clare Agius, li ftit tal-jiem ilu tellgħet filmat fuq Facebook dwar it-tniġġis marittimu mill-plastik.

“Jiena nixtieq li l-individwi kollha li qegħdin jabitaw f’din id-dinja huma min huma ġejjin minn fejn ġejjin għandhom iħossu li din hija r-realtà tagħna għandha tkun ir-responsabilità tagħna wkoll,” qalet Agius.

Esperti fil-qasam marittimu huma tal-fehma li jekk jibqa’ ma jsir xejn biex tiġi ndirizzata l-problema tat-tniġġis mill-plastik fil-baħar, sas-sena 2050 fl-ibħra se jkun hemm aktar plastik milli ħut.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar