Mużika
Gaia Cauchi tagħmilha f’X Factor UK

Il-kantanta Gaia Cauchi għamlitha għall-fażi li jmiss ta’ X Factor UK. Dan wara li ġabet 4 ‘yeses’ mingħand il-ġurija tal-X Factor fir-Renju Unit.

Il-ġurija kienet magħmula minn Simon Cowell, Ayda Williams, Robbie Williams u Louis Tomlinson. Huma kienu mmeraviljati bil-wirja li tat Gaia bil-kanzunetta Only Love Can Hurt Like This.

Min-naħa tiegħu Robbie Williams innota li Gaia għadha żgħira u ssuġġerixxa li tingħaqad fi grupp mużikali. Prova ta’ kemm Gaia tat wirja tajba hija li kien Simon Cowell li ta l-ewwel ‘yes’ tiegħu.

Fl-2013 Gaia kienet rebħet il-Junior Eurovision u ftit snin qabel kienet ħadet sehem fis-serje Taljana Ti Lascio Una Canzone. Fl-età ta’ 9 snin hija kienet rebħet Sanremo Junior Music Festival.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar