Gallerija storika tal-każin tal-banda L’Isle Adam restawrata b’fondi Ewropej

Inawgurat xogħol ta’ restawr fuq struttura storika fil-każin tal-banda L’Isle Adam fir-Rabat. Dan kien wieħed minn 37 proġett minn għaqdiet mużikali fi 33 lokalità li kienu eliġibbli għal fondi taħt il-programm LEADER tal-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej, Ian Borg inawgura l-proġett ta’ restawr tal-gallarija tradizzjonali li tinsab fil-kantuniera ta’ Palazzo Xara fir-Rabat biex din irritornat għad-dehra oriġinali tagħha. Dr Borg qal li l-proġett sar wara sejħa mill-Grupp Azzjoni Lokali tal-Majjistral li tamministra fondi reġjonali taħt il-programm LEADER. Qal li bl-allokazzjoni ta’ €16,000, l-Għaqda Mużikali L’isle Adam se tkompli tkattar l-interess kulturali, kif ukoll artistiku fi ħdanha.

Palazzo Xara, li huwa is-sede tal-Għaqda Muzikali L’isle Adam huwa ta’ importanza storika u jmur lura 200 sena, bis-Segretarju Parlamentari Borg jgħid li dan il-proġett ta’ konservazzjoni qed ikompli jikkonferma l-apprezzament lejn il-wirt kulturali u artistiku u l-bżonn li jitħares bl-aħjar mod possibli.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Persuna ttieħdet l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qala, f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni l-persuna tilfet il-kontroll…

Tfal

Aktar minn 60 tifel u tifla li jattendu l-iscouts ta’ Tas-Sliema ngħataw opportunità oħra biex jiffurmaw il-karattru tagħhom filwaqt li jitgħallmu għadd ta’ ħiliet neċessarji għall-ħajja. It-tfal bħalissa qed iqattgħu…

MEUSAC

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea….

Aktar