Barranin
Game of Thrones b’ktieb ġdid

Il-kittieb famuż tas-serje ‘Game of Thrones’ ħabbar li fix-xhur li ġejjin se joħroġ ktieb ġdid.

Iżda, huwa qal li l-ktieb mhux se jkun is-sitt volum tas-serje ‘The Winds of Winter’ kif kien oriġinalment ippjanat. Minflok, l-awtur se jkun qed jiżvela l-istorja tad-dinastija Targaryen.

Il-fans ta’ Game of Thrones jistgħu jedhew fl-20 ta’ Novembru li ġej bil-ktieb il-ġdid li G.RR Martin – dan  se jkun jismu ‘Fire and Blood’.

L-istorja ‘Fire and Blood’ hija ambjentata 300 sena qabel l-avvenimenti tal-istejjer ta’ ‘A Song of Ice and Fire’ u se jagħti ħarsa lejn il-gwerra ċivili tal-familja Targaryen f’Westeros li kważi qerdet id-dinastija tagħhom.

Is-saga ta’ Game of Thrones ilha mill-1996 u dan il-ktieb ta’ 640 paġna mistenni jkun ippubblikat f’żewġ volumi.