Ġanni ta’ ‘Sossy’ x’sar minnu?

Minkejja li s-sitwazzjoni bħalissa hi dik li hi, ‘X’sar minnhom’ ma jiqafx. U, illejla, jerġa’ mat-telespettaturi ta’ Television Malta bi programm ieħor.

Liema programm, għandu bħala mistieden lill-attur komiku John Dimech, bil-għan li fost l-oħrajn bl-esperjenzi tiegħu jqajjem daqsxejn tan-nostalġija fost is-segwaċi tal-programm, u fl-istess ħin inissel tbissima fuq fomm dak li jkun. Tbissima, li f’dawn il-jiem tinżel għasel.

Fost l-għadd ta’ produzzjonijiet li ħa sehem fihom, is-Sur Dimech aktarx li baqa’ magħruf għall-parti ta’ Ġanni fis-serje komika ‘Sossy’, maġenb Eileen Montesin. Jispikka wkoll, sehmu f”It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’.

John Dimech, f”X’sar minnhom’, illejla, fl-10.05pm fuq Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Televiżjoni u Radju

Il-Papa Franġisku llejla ser imexxi mument straordinarju ta’ talb mill-Vatikan, fid-dawl tal-pandemija li ħakmet il-pajjiżi madwar id-dinja. Minn Pjazza San Pietru, mingħajr nies preżenti fil pjazza, ser tiġi pproklamata l-Kelma…

Televiżjoni u Radju

Kull bidu għandu tmiem. Il-programm ‘X’sar minnhom’, li minn Ottubru ‘l hawn laqqa’ lit-telespettaturi ta’ Television Malta ma’ għadd ta’ personalitajiet Maltin li f’dawn l-aħħar snin tbiegħdu xi ftit jew…

Aktar