Qorti
Garanzija ta’ €45,000 fuq dgħajsa twassal għal ksur ta’ drittijiet 

L-għażla ta’ raġel li jew jittressaq il-Qorti b’akkużi ta’ traffikar ta’ sigaretti jew li jitlef id-dgħajsa li tiswa’ €45,000 minħabba li ma ħallasx mal-€1,541 f’taxxi waslet biex il-Qorti Kostituzzjonali tiddikjara ksur ta’ drittijiet.

In-Negozjant Michael Zammit huwa s-sid ta’ ‘Jane S’, dgħajsa li twaqqfet mill-AFM fl-14 ta’ Diċembru 2008 fil-Port il-Kbir fuq suspett ta’ kuntrabandu tas-sigaretti. Aktar tard Jane S kienet irreġistrata bħala dgħajsa tax-xogħol mill-kumpanija ta’ Zammit, Go Fuels Ltd.

Il-Pulizija u d-Dwana saħqu li r-raġel kien qed iġorr madwar 500 pakkett ta’ sigaretti b’kuntrabandu u xħin lemaħ l-awtoritajiet resqin lejh ramiehom fil-baħar. Is-sigaretti kellhom taxxa mhux imħallsa ta’ €1,541.

L-awtoritajiet ikkonfiskaw id-dgħajsa. Fl-2009, Zammit staqsa l-Qorti biex jagħtuh id-dgħajsa lura u ġiet rilaxxata ftit wara b’garanzija ta’ €45,000, il-prezz fis-suq tad-dgħajsa.  Erba’ snin wara huwa tressaq il-Qorti bi traffikar ta’ sigaretti.

F’każijiet ta’ evażjoni sa €2,000, il-proċeduri kriminali jistgħu jiġu evitati jekk wieħed iħallas il-penali. Madankollu jekk iħallas il-penali huwa jitlef il-€45,000 garanzija.

L-avukati ta’ Zammit, Cedric Mifsud u Catherine Mifsud, fetħu proċeduri kontra d-Direttur Ġenerali tad-Dwana, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Saħqu li huwa inġust li kieku għażel li jħallas il-penali kien jitlef il-€45,000.

Il-Qorti nnotat li l-ilment prinċipali ta’ Zammit kien li damu ma bdew il-proċeduri kriminali kontrih. Qalet li Zammit mhux jikkontesta l-legalità tas-sanzjonijiet iżda l-propożjonalità u stqarret li l-konfiskazzjoni tad-dgħajsa mhix proporżjonali.

Il-Qorti sabet ksur ta’ bilanċ ġust minħabba li l-konfiskazzjoni tad-dgħajsa fissret li meta Zammit għażel li jħallas il-multa ma jkollux dritt li jiddefendi ruħu f’każ ċivili.

Il-Qorti nnotat li l-Qrati Ċivili kellhom idejhom marbutin u ma kellhom ebda proċedura legali li toffri rimedju għal ksur ta’ dritt fundamentali.  Hija ddikjarat li fiċ-ċirkostanzi attwali, il-liġi tikser id-drittijiet ta’ Zammit li jgawdi l-proprjetà tiegħu u għal smigħ ġust.

Il-Qorti ordnat li jekk il-partijiet jaqblu bejniethom barra l-Qorti, il-garanzija bankarja ta’ €45,000 tiġi rilaxxata.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar