Gasco Energy tittestja f’Malta ċilindri tal-Liquigas

Gasco Energy Ltd qed tirritestja ċ-ċilindri tal-gass LPG f’Malta. Dan sar wara li bdiet taħdem il-faċilita’ ġdida f’Bengħajsa, li swiet €20 miljun, fejn il-kumpannija taħżen u tibbottilja LPG li timporta.

Qabel dan l-iżvilupp, iċ-ċilindri ta’ Liquigas kienu jintbgħatu l-Italja biex ikunu ittestjati mill-ġdid.

“L-ittestjar mill-ġdid taċ-ċilindri skont l-istandards u regolamenti tal-Ewropa u ta’ Malta hu kruċjali biex tkun żgurata s-sigurta fl-użu taċ-ċilindri,” spjega il-Kap Eżekuttiv ta’ Gasco Energy, Paul Agius Delicata. “Minn meta bdejna nbiegħu u nqassmu LPG fil-gżejjer Maltin fl-2008, il-kumpannija bdiet programm biex tittestja mill-ġdid iċ-ċilindri kollha tagħha f’Malta, fejn twarrbu dawk kollha li ma kienux skont ir-regoli, u fl-istess waqt inxtraw ċilindri ġodda. Dan l-apparat ġdid ta’ Gasco Energy biex isiru t-testijiet mill-ġdid hu pass ieħor importanti fl-impenn ta’ Liquigas biex ittejjeb l-effiċjenza ħalli l-klijenti f’Malta jingħataw l-aqwa servizz.”

L-ittestjar taċ-ċilindri jinvolvi spezzjoni taċ-cilindru u prova tal-pressa bl-użu tal-ilma biex ikun żgurat li ċ-ċilindri huma fi stat tajjeb u li jistgħu jieħdu fihom il-gass bil-pressa b’mod sigur.

Iċ-ċilindri jinżebgħu mill-ġdid b’teknika moderna ta’ ‘powder coating’ li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. F’dan il-proċess, iċ-ċilindri sofor kollha li fadal qed jinbidlu għall-kulur aħdar tal-Liquigas.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar