Lokali
“Ġebla żgħira kkawżatli velenu f’ġismi” – Robert Arrigo jikteb fuq FB mill-isptar

Il-Viċi Kap Nazzjonalista, Robert Arrigo qal li għalkemm għadu rikoverat l-isptar saħtu qed tirkupra bil-mod.

F’kitba fuq Facebook, Arrigo rringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih u kiteb li t-talb tagħhom wasal.

Spjega li l-ġebla żgħira kkawżatlu velenu f’ġismu u minħabba f’hekk għamel għaxart ijiem fl-ITU.

Arrigo ddaħħal l-isptar nhar it-8 ta’ Settembru. Il-qraba tiegħu kienu spjegaw li kellu wġigħ li kien jindika li kien attakk tal-ġebla tal-kliewi. Huwa kien qed jinżamm fl-ITU wara li żviluppatlu infezzjoni fid-demm.