Ġenitur għandu dritt jelimina lil xi wild mill-wirt?

F’edizzjoni differenti tal-programm Popolin, ġew imwieġba mistoqsijiet relatati ma’ suġġetti notarili b’mod interattiv. Il-Mistoqsijiet kienu magħmula mit-telespettaturi fuq il-midja soċjali tal-programm. Dr. Nicolette Vella u Dr. Josef Masini Vento wieġbu għall-mistoqsijiet magħmula.

Fost diversi mistoqsijiet spikkaw suġġetti u sitwazzjonijiet relatati ma’ wirt. Ġiet diskussa l-possibilità jekk ġenitur għandux dritt jelimina xi wild mill-wirt tiegħu. Għal dan in-nutara spjegaw li sakemm il-wild ma jiġix diżeritat għandu d-dritt għas-sehem riservat tiegħu. Għalhekk sakemm ma jkunx hemm provi ċari li l-wild abbuża b’xi mod mit-testaturi, il-liġi titlob li kull wild tal-familja jingħata l-hekk imsejjaħ sehem riservat.

Ġie diskuss ukoll x’jiġri meta ma jkunx sar testment. Ħafna mid-drabi dan iwassal għal tilwim fost l-aħwa għaliex ma jkunx hemm forma ta’ testment li jindika iswed fuq l-abjad x’għandu jingħata lil min. In-nutar Vella spjegat li dak li japplika meta jkun hemm testment japplika wkoll meta ma jkunx hemm testment. Dan ifisser li diment li ma jkunx jista’ jiġi provat li sar xi tip ta’ abbuż fuq it-testatur, il-liġi tipproteġi lil kull wild tal-familja b’mod ugwali u tagħti wkoll sehem riservat lil mara j

ew ir-raġel tal-persuna li tkun mietet.