Xogħol
Ġenituri jappellaw biex jibqgħu bl-għażla tat-telework ma’ min iħaddimhom

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri ta’ Studenti ta’ Skejjel Statali (MAPSSS) qalet li fid-dawl tal-fatt li l-iskejjel se jibqgħu magħluqin sa tmiem is-sena skolastika, xi ħaġa li MAPSSS taqbel magħha, l-Assoċjazzjoni tappella lill-gvern biex jiżgura li ġenituri li bħalissa qed jagħmlu home-schooling ta’ uliedhom, u li għandhom arranġamenti ta’ telework ma’ min iħaddimhom, jibqgħu bl-għażla li jużaw it-telework.

Filwaqt li rreferiet għall-konferenza li l-Prim Ministru għamel fl-1 ta’ Ġunju, dwar it-tneħħija ta’ ħafna mir-restrizzjonijiet relatati mal-COVID19, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni li “l-ħaddiema kollha huma mistennija jirritornaw għax-xogħol nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju”, l-MAPSSS qalet ukoll li l-ġenituri li ma għandhomx telework u li qed jassistu fit-tagħlim virtwali ta’ uliedhom, ma għandhomx ikunu mistennija jmorru lura fuq il-post tax-xogħol qabel jibda jingħata s-servizz ta’ SkolaSajf/Klabb316 fl-1 ta’ Lulju.

MAPSSS esprimiet tħassib li jekk il-gvern ma jipprovdix linji gwida ċari, il-ġenituri qed jirriskjaw li jitilfu l-impjieg tagħhom, fid-dawl tal-fatt li min iħaddimhom qed jistennihom lura x-xogħol jumejn oħra.

Barra minn hekk, tkompli l-istqarrija tal-MAPSSS, il-ġenituri għandhom ma ngħataw l-ebda dettalji dwar il-protokolli ta’ Saħħa u Sigurtà li se jittieħdu fiċ-ċentri ta’ Skola Sajf, Child Care Centres, Klabb 316 jew kwalunke skola tas-sajf oħra. Din l-informazzjoni hi kruċjali biex il-ġenituri jieħdu deċiżjoni infurmata.

MAPSSS temmet tgħid li fid-dawl taċ-ċirkustanzi, ir-responsabbiltà prinċipali tal-ġenituri tibqa’ li jieħdu ħsieb uliedhom, u għandhom ikunu mgħejjuna jagħmlu dan.

Ara wkoll:

SkolaSajf se tiftaħ fl-1 ta’ Lulju li ġej

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Qorti

Annise Bejaoui ta’ 31 sena ntbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs filwaqt li tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati ta’ tentattiv ta’ serq kif ukoll bi ħsara volontarja…

Turiżmu

Malta ġiet ippremjata b’ Connoisseur Circle Hospitality Award bħala l-aqwa destinazzjoni kulturali din is-sena. It-tim tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Ġermanja rċieva l-unur tal-Cultural Getaway of the Year 2020, bħala l-aħjar destinazzjoni…

Aktar