Tfal
Ġenituri mħassba bis-suġġett tas-sesswalità fil-PSCD – il-Ministeru tal-Edukazzjoni jwieġeb

Fuq il-midja soċjali, ġenituri ta’ tifla ta’ 10 snin jinsabu mħassba u allarmati bis-suġġett tas-sesswalità li qed jiġi mgħallem lit-tfal waqt il-PSCD.

Huma esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-kontenut tal-kotba li qed jintużaw filwaqt li kkummentaw li tfal tal-Primarja m’għandhomx jiġu esposti għal dawn is-suġġetti għaliex ikun għadu bikri wisq għalihom.

Filwaqt li qalu li jirrispettaw lil kulħadd, huma qalu li jixtiequ li t-tfal tagħhom ma jiġux imċaħħda mill-innoċenza tagħhom qabel il-waqt.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni fi stqarrija qal li l-allegazzjonijiet li qed isiru fuq il-midja soċjali huma kompletament foloz u irresponsabbli dwar it-tagħlim tas-suġġett PSCD li jiġi mgħallem fis-sitt sena tal-iskejjel tal-Istat.

L-istqarrija kompliet tgħid li s-sillabu ta’ dan is-suġġett jiddiskuti fost l-oħrajn l-iżvilupp tas-sesswalità b’mod mill-iktar xieraq u adattat għat-tfal ta’ dik l-età filwaqt li jitfa’ s-suġġett fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ relazzjonijiet sinċiera mibnija fuq l-imħabba.

Il-Ministeru qal li r-referenza li ssir għal persuni gay issir b’mod mill-iktar adattat għall-età tat-tfal tas-sitt sena kif inhu xieraq f’soċjetà li hi kburija li hi tolleranti, favur id-diversità u li tifhem kemm hu importanti li trawwem il-valur tat-tolleranza u r-rispett reċiproku fost it-tfal tagħha.  

L-istqarrija kompliet tgħid li l-ġenituri huma infurmati b’mod sħiħ dwar dan is-suġġett partikulari. Fil-fatt, dan hu marbut mal-iżvilupp tas-sesswalità li jiġi spjegat lill-ġenituri kollha tat-tfal f’laqgħa li ssir apposta biex jingħata l-kuntest kollu ta’ kif se jiġi mgħallem is-suġġett. Is-sillabu tas-suġġett hu wkoll pubbliku fuq il-website tad-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar, www.curriculum.gov.mt, u ilu pubbliku għal numru ta’ snin. Il-workbook li jintuża mit-tfal hu wkoll pubbliku u jingħata lit-tfal tas-sitt sena stess.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkundanna l-aggressività murija minn attivisti tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront ta’ ġurnalisti quddiem id-Dar Ċentrali ftit tal-jiem ilu. Fi stqarrija l-IGM qal li qatt mhuwa aċċettabbli li l-ġurnalisti jiġu…

Traffiku

Fl-2017 kien hemm medja ta’ 68 vettura kuljum li nħarġitilhom liċenzja biex jinstaqu fit-toroq Maltin, għal total ta’ aktar minn 370,000 vettura liċenzjata. Mir-rapport annwali dwar it-trasport f’Malta maħruġ mill-Uffiċċju…

Knisja Maltija

Oriġinarjament magħrufa bħala Casa della Madonna di Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof parti integrali mill-istorja reliġjuża u soċjali ta’ Malta. Fl-arkivju jinstabu bosta dokumenti fuq dak li seħħ f’Malta mis-seklu sittax ‘il…

Aktar