Finanzi
George Debono jinħatar bħala l-Uffiċjal Kap Kummerċjali ta’ BNF Bank

Is-Sur George Debono ġie maħtur bħala l-Uffiċjal Kap Kummerċjali ta‘ BNF Bank b’effett mill-1 ta’ Lulju 2019. Is-Sur Debono għandu esperjenza bankarja estensiva peress li huwa okkupa diversi rwoli fis-settur finanzjarju ghal iktar minn 20 sena. Fir-rwol il-ġdid tiegħu, is-Sur Debono se jkun responsabbli mit-tmexxija tad-Dipartiment Kummerċjali tal-BNF, id-Dipartiment għall-Iżvilupp tan-Negozju, it-Teżor u s-Sezzjoni tas-Servizzi Bankarji Internazzjonali.

Qabel ma ngħata din il-kariga, is-Sur Debono kien jokkupa diversi rwoli f’livell għoli maniġerjali fi ħdan is-sezzjoni tas-servizzi bankarji personali tal-HSBC u oqsma ta’ servizzi kummerċjali tal-bank. Fl-2010, is-Sur Debono ġie fdat bit-twaqqif u l-immaniġġjar tal-ewwel Premier Centre tal-HSBC f’Malta. Wara dan, huwa mexxa s-Sezzjoni tas-Servizzi Bankarji Internazzjonali tal-Bank, Intrapriżi Żgħar u Medji, kif ukoll okkupa karigi fis-Sezzjoni tal-Proprjetà u Lukandi.

“Jiena kuntent li se ningħaqad mal-BNF f’din il-fażi eċitanti għal dan il-Bank li matul is-snin ta prova li huwa bank reżiljenti. L-ambizzjoni tagħna hi li nsostnu l-komunità personali u kummerċjali lokali billi niksbu l-għanijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom”, qal George Debono, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali ta‘ BNF Bank. “Il-Bank huwa kommess li jkompli jikber b’mod responsabbli billi jitkellem mal-klijenti biex jifhem iċ-ċirkostanzi tagħhom u joffrilhom soluzzjonijiet finanzjarji li jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom. Għandna tim ta’ nies professjonali li huma lesti li jwasslu lill-BNF għal-livell li jmiss billi jħaddnu u jgħixu l-valuri ewlenin tal-bank”.

F’kumment li ta dwar il-ħatra ta’ Debono, il-Kap Eżekuttiv u Direttur Maniġerjali, Michael Collis qal: “Jien nilqa’ bil-ferħ lil George fil-familja tal-BNF. Fir-rwol il-ġdid tiegħu, George se jkun responsabbli mill-iżvilupp tal-kummerċ u mit-twettiq ta’ strateġiji kummerċjali billi se jkun qed jaħdem ma’ aktar minn 100 membru fit-tim tal-qasam korporattiv u tal-attivitajiet bankarji bl-imnut, il-ġestjoni tal-prodott u l-kummerċ. L-esperjenza ta’ George fis-settur se tkun instrumentali għat-tkabbir sostenibbli tal-kummerċ.”

George Debono jingħaqad ma’ Michael Collis – Kap Eżekuttiv u Direttur Maniġerjali, Adrian Coppini – Uffiċjal Kap Operattiv, Maruska Buttiġieġ Gili – Uffiċjal Kap tar-Riskji u Mark Micallef – Uffiċjal Kap Finanzi, bħala membri tat-tim maniġerjali eżekuttiv ta’ BNF Bank.

Dan huwa artiklu bi ħlas

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar