Qorti
George Degiorgio b’€10 f’kont bankarju

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-każ ta’ ħasil ta’ flus minn George u Alfred Degiorgio u Adelina Pop quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

L-ispettur Antanovic Muscat ressaq diversi xhieda ta’ istituzzjonijiet varji wara li talabhom jagħmlu riċerki dwar l-assi li jippossedu t-tliet akkużati.

L-uffiċjal tad-Dwana qal li ma nstabet ebda dokumentazzjoni li turi li l-akkużati daħlu jew ħarġu xi flus minn Malta.

Ir-rappreżentanti tal-Banek qalu li nstabu xi kontijiet fosthom tlieta ta’ George Degiorgio li wieħed minnhom fih biss €10. Alfred Degiorgio kellu kont li ngħalaq filwaqt li Adelina Pop għadha kont wieħed li fih ftit mijiet ta’ Ewro.

Saret ukoll riċerka dwar il-propjetajiet li għandhom f’isimihom l-akkużati iżda l-informazzjoni nżammet mistura. Ħareġ ukoll li l-akkużati għandhom f’isimihom tmien vetturi fosthom żewġ Audi, BMW Corvet C7 u żewġ Mercedes. Intqal ukoll li kemm George kif ukoll Alfred għandhom reġistrati ma’ Transport Malta dgħajsa kull wieħed.