Qorti
George Degiorgio jallega li huwa vittma ta’ trattament inuman u degradanti fil-ħabs

Sena eżatt mill-arrest, George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati li qatlu li Daphne Caruana Galizia, ippreżenta ittra ġudizzjarju kontra d-Direttur tal-Ħabs jallega li huwa vittma ta’ trattament inuman u degradanti fil-ħabs.

Degioirgio talab lid-Direttur tal-Ħabs sabiex jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex jingħata kura medika b’rispett lejn il-kundizzjoni ta’ saħħtu.

Permezz tal-avukat William Cuschieri, George Degiorgio qal li ilu xhur isofri minn uġigħ persistenti fi spalltu u li d-direttur tal-ħabs, fil-Qorti kien iddikkjara li se jirranġa biex jittieħed fi klinika privata għall-kura. Iżda din qatt ma ġrat, ħlief li ngħata pilloli biex jittaffa ftit mill-uġigħ.

George Degiorgio, flimkien ma’ ħuħ Alfred u Vince Muscat, ilhom taħt arrest preventiv mill-4 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra akkużati li qatlu li Daphne Caruana Galizia b’karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar