Barranin
George HW Bush jingħata l-aħħar tislima

L-eks President tal-Istati Uniti George HW Bush ingħata l-aħħar tislima fil-Katidral Nazzjonali f’Washington qabel il-katavru tiegħu jittieħed lejn l-istat ta’ Texas biex jindifen ħdejn martu Barbara li mietet f’April li għadda.

Bush serva bħala l-41 President tal-Istati Uniti. Hu miet fl-età ta’ 94 sena.

Preżenti għall-funeral, ibnu George W Bush u tliet eks Presidenti oħra tal-Istati Uniti kif ukoll il-President attwali Donald Trump.

Fost id-dinjitarji hemm il-Prinċep Charles tal-Ingilterra, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel u r-Re Abdullah II tal-Ġordan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ftit sekondi nħassu ħafna itwal meta l-bieba tal-karozza tal-Prim Ministru Ingliż ma riditx tinfetaħ. Theresa May kienet għadha kemm waslet għal-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, li magħha kellha tiddiskuti l-possibililtà…

Dieta

Jekk tintiżen regolament id-dar u toqgħod attent x’tiekol tista’ tevita milli teħxien f’dawn iż-żminijiet tal-festi tal-Milied. Studju ġdid mill-Universitajiet ta’ Birmingham u Loughborough qasmu lill-voluntiera f’żewġ gruppi biex janalizzaw x’jiġri…

Barranin

Wara żmien twil ta’ preparamenti, immaġina tqum fil-jum tat-tieġ tiegħek, u ssib email mingħand il-kumpanija tal-catering tgħarrfek li mhux se tipprovdilek l-ikel, għax sid il-kumpanija u ibnu mietu f’inċident ikrah….

Kurżitajiet

Żewġ sorijiet tas-skola Kattolika f’Kalifornja ammettew li serqu mal-$500,000 biex jilagħbuhom f’Las Vegas. Suor Mary Kreuper u Suor Lana Chang serqu l-flus minn St James’ Catholic School f’Torrance, belt viċin…

Aktar