Lokali
George Vella f’kumitat biex jinħatar is-suċċessur tar-Reġina bħala Kap tal-Commonwealth

L-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella huwa wieħed mis-seba’ membri fil-kumitat biex jiddiskuti u janalizza min se jkun is-suċċessur tar-Reġina bħala l-Kap tal-Commonwealth.

Il-BBC qed tirraporta li l-Commonwealth b’mod sigriet bdiet tiddiskuti min għandu jkun is-suċċessur tar-Reġina Eliżabetta II. Dan hekk kif dan l-irwol, il-Mexxej tal-Commonwealth ma jintirix b’mod awtomatiku lill-Prinċep ta’ Wales, Charles.

Il-Commonwealth waqqaf grupp ta’ seba’ persuni biex jara kif din l-organizzazzjoni internazzjonali se tiġi gvernata. Il-grupp se jiddiskuti  x’se jiġri meta r-Reġina tmut. F’April li ġej ir-Reġina se tagħlaq 92 sena.

Ir-Reġina Eliżabetta II nħatret Kap tal-Commonwealth fl-1953.

Fiċ-CHOGM tal-2013 li sar fi Sri Lanka, ir-Reġina kienet rrappreżentata mill-Prinċep Charles.

Fl-aħħar CHOGM li kien sar fl-2015 f’Malta, il-Prinċep ta’ Wales kien mexxa ċ-CHOGM u r-Reġina kienet qalet li kienet kuntenta bis-sapport tal-Prinċep ta’ Wales u li kien qed jirrappreżentaha fil-Commonwealth.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Luke, huwa l-ewwel Malti li laħaq l-ewwel miljun abonat (subscriber) fuq YouTube. Skont l-aħħar statistika li ħarġet f’Jannar kull minuta jitilgħu 300 filmat fuq YouTube u kuljum in-nies jaraw mal-5…

Knisja Maltija

Sorpriża għad-Dinglin mal-ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija. L-abbatini qattgħu l-btajjel tas-sajf jaħdmu fuq l-ewwel infjorata fuq iż-żuntier tal-Knisja Arċipritali, li minn fuqu għaddew ir-reffiegħa. Il-grupp tal-abbatini ta’ Ħad-Dingli sellem…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum, it-Tnejn, 20 ta’ Awwissu TIMES OF MALTA Times of Malta fir-raport ewlieni tiegħu jikkwota sorsi qrib il-Gvern li qalu li Malta qatt mhi…

Mużika

Malta ma kklassifikatx mal-ewwel sitta fil-Eurovision Young Musicians madankollu hija serqet il-qlub tal-Maltin. Bernice Sammut Attard daqqet il-pjanu f’Edinburgh nhar is-Sibt li għadda. Fil-Eurovision Young Musicians ħadu sehem 18-il pajjiż….

Aktar