Politika
George Vella se jkun il-President wara Marie-Louise Coleiro Preca?

Kollox jindika li jekk jaċċetta, it-Tabib George Vella li fl-aħħar leġiżlattura serva bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, ser jiġi nominat għal kariga ta’ President tar-Repubblika. Il-mandat ta’ ħames snin tal-President Marie-Louise Coleiro Preca jintemm fil-bidu ta’ April.

Dr Vella ma kkontestax l-aħħar elezzjoni ġenerali. Magħruf għall-interess tiegħu fil-politika barranija, anke wara li temm il-kariga ministerjali tiegħu ġie nominat mill-Commonwealth biex iservi f’kumitat ta’ esperti tal-Commonwealth.

Dr Vella kien ikkontesta l-elezzjoni għall-ewwel darba fl-1976 u serva fil-Parlament bejn l-1978 sal-2017. Hu kien ukoll deputat mexxej tal-Partit Laburista. F’April li ġej, Dr Vella jagħlaq 77 sena. Huwa miżżewweġ lil Miriam u għandhom tliet itfal.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Aktar