Ġermaniż iweġġa’ wara li waqa’ bil-mutur fl-Imsida

Raġel li kien qed isuq mutur weġġa’ wara li waqa’ waqt li kien għaddej mill-Imsida.

Kien għall-ħabta tal-11.15 a.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-Ġermaniż ta’ 31 sena waqa’ bil-mutur Orcal li kien qiegħed isuq.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.