Kurżitajiet
Ġeru jmut fgat fil-kabina tal-United Airlines

Kelb tar-razza French Bulldog miet fgat abbord ajruplan tal-United Airlines wara li dan tpoġġa fil-kabina tal-bagalji.

Abbord it-titjira li kienet sejra lejn New York minn Houston, mara li kienet qed tivvjaġġa flimkien maż-żewġt ibniet tagħha kellha l-kelb f’pet carrier.

Għalkemm il-regoli tal-kumpanija jgħidu li kwalunkwe pet carrier għandu jinżamm taħt is-sedil tul il-vjaġġ kollu, il-membri tal-ekwipaġġ talbu lill-mara titfa’ l-ġeru fil-kabina.

Il-membri tal-ekwipaġġ insistew li l-ġeru jissakkar fil-kompartament għal tliet sigħat sħaħ fejn dan faga b’riżultat ta’ nuqqas ta’ ċirkolazzjoni tal-arja. Huma  kienu assiguraw lill-mara li l-ġeru kien se jkun sigur u għalhekk, il-mara ċediet.

Il-linja tal-ajru assumiet ir-responsabbiltà kollha fejn qalet li dan kien inċident sfortunat.

Mhux l-ewwel darba li l-annimali mietu abbord titjiriet tal-United Airlines. Il-linja tal-ajru hija magħrufa għan-nuqqas t’etika.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Barranin

Mill-inqas 86 persuna għerqu wara li vapur b’mijiet ta’ passiġġieri għereq f’Lake Victoria t-Tanzanija. Huwa mifhum li mill-inqas in-numru ta’ vittmi jista’ jitla’ għal iktar minn mitejn. Il-vapur, Mv Nyerere…

Kurżitajiet

Sid ta’ qattus baqa’ skantat u mnixxef meta ra li l-qattus ħa miegħu d-dar basket mimli droga. Fi Bristol, xħin qam sid il-qattus sabu b’basket ħdejh bi droga bi trap…

Barranin

L-Istati Uniti imponiet sanzjonijiet fuq il-qawwa militari Ċiniża talli din xtrat ajruplani militari mir-Russja biex tkun tista’ tispara l-missili. L-Istati Uniti saħqet li x-xiri ta’ dawn l-ajruplani militari jiksru s-sanzjonijiet…

Aktar