Barranin
Ġest erojku jiswielu ħajtu

Kelb tar-razza English Setter miet meta ddefenda lil sidu u 4 klieb oħra minn ors.  Pete, li kellu 14-il sena, kien qed jakkumpanja lil sidu Stephen Parisi li mar mixja fl-inħawi tar-Riserva ta’ Monksville fi New Jersey u sfaw attakkati minn ors iswed.

Jidher li l-ors kien qed jistkenn u ma xammx lil Stephen u l-klieb u b’hekk inħasad u għamel għalihom.  Pete il-kelb irnexxielu jżomm lill-ors bogħod minn sidu, li rabat lill-erbat iklieb oħra ma’ siġra, f’post iktar sigur.

Meta kien irritorna lejn l-ors biex jipprova jikkalma s-sitwazzjoni, sab lil Pete midrub sew u b’dahru miksur.  Stephen geżwru f’ġakketta u beda jkaxkru mill-barnuża sakemm għabbieh fil-karozza.

Il-kelb ittieħed l-isptar fejn instab li l-ġrieħi li ġarrab kienu se jċaħduh milli jkun jista’ jimxi.  Għaldaqstant sidu ddeċiedi li l-kelb jitraqqad biex ma jbatix.

Stephen u martu Cathi qalu li se jiftakru lil Pete bħala kelb ferrieħi li kien iħobb jiġri fil-bosk u jxejjer denbu minn kull fejn ikun għaddej!

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ħareġ filmat ġdid tas-CCTV camera waqt li ġġarraf il-pont f’Genova, li fih tilfu ħajjithom aktar minn 40 persuna. Jumejn ilu sar funeral statali għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi…

Unjoni Ewropea

Il-Greċja uffiċjalment temmet tliet snin ta’ għajnuna finanzjarja biex toħroġ mill-kriżi tad-dejn li daħlet fiha u tibqa’ fiż-żona Ewro. Fl-aħħar snin il-Greċja ngħatat €289 biljun mill-Unjoni Ewropea u l-Istituzzjoni Finanzjarji…

Barranin

Il-Papa Frangisku qal li ħadd u xejn mhu ser iżomm lis-Santa Sede milli tieħu l-miżuri kollha possibbli bit-tama li tilħaq l-għan aħħari tagħha dak li tippreveni l-abbuż sesswali minn membri…

Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Aktar