Toroq
Ġew ittowjati mas-60 karozza biex jingħata t-tarmak f’San Pawl il-Baħar

Il-Ministru Ian Borg illum qal li kienu ġew ittowjati mas-sittin karozza biex ikun jista’ jsir xogħol ta’ asfaltar fi 17-il triq f’San Pawl il-Baħar.

Minkejja li kienu twaħħlu tabelli minn qabel biex javżaw lis-sewwieqa bix-xogħlijiet, kelliem għal Infrastructure Malta ċċara ma’ TVM li s-sidien tal-karozzi ma ġewx immultati, u l-karozzi kienu sempliċiment inġarru ‘l barra mit-triq għal ġo parkeġġ.

Fir-rigward ta’ ritratt li nxtered fuq il-midja soċjali, u li kien juri l-ħaddiema jduru madwar karozza pparkjata biex jagħtu t-tarmak fi Triq Isouard, il-kelliem qal li dan kien każ iżolat, u li dak il-ħin il-karozza ma kinitx ġiet ittowjata biex ma ssirilhiex ħsara.

Qal li Infrastructure Malta kienet ittowjat il-karozza iżjed tard, u li din il-biċċa tat-triq kellha tiġi asfaltata bħall-kumplament sal-lum.

Ara wkoll:

Tawha kisja tarmak għajr għal biċċa

Wiċċ ġdid lit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar għall-benefiċċju tar-residenti u t-turisti – Ministru Borg

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar