Xogħol
Għad hawn ħaddiema li jiġu mhedda biex ma jidħlux f’union – Josef Vella

Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, Josef Vella qal li għad hawn ħaddiema li jiġu mhedda bit-tkeċċija mill-impjieg tagħhom jekk jitħajru jidħlu f’union.

Waqt il-programm Ras imb ras, Josef Vella qal li minkejja li dan hu illegali, din hija r-realtà u hawn ħaddiema li ma jitħallewx jissieħbu ma’ union.

Mistoqsi jekk jirrapportax dawn il-każijiet, Josef Vella qal li jekk il-ħaddiem jagħtih permess jirrapporta iżda ġeneralment il-ħaddiema ma jkunux iridu biex iħarsu l-impjieg tagħhom.

Matul il-programm, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers tkellem dwar il-ħaddiema barranin f’Malta. Qal li bejn wieħed u ieħor ħaddiem minn kull ħamsa huwa barrani. Huwa saħaq li l-pajjiż għandu joqgħod attent x’ħaddiema jġib fosthom minħabba li l-pajjiż ma jiflaħx jikber aktar fil-popolazzjoni. Huwa ta eżempju bix-xogħol fir-restoranti u l-lukandi. Qal li filwaqt li l-Maltin ma jaċċettawx ċertu pagi għax bihom ma jkunux jistgħu jgħixu lill-familja, il-barranin jaċċettaw li jaħdmu bil-paga li tiġi offruta lilhom.

Josef Vella tkellem ukoll dwar il-proposta li tkun obbligatorja li kull ħaddiem jissieħeb f’unjin. Huwa wera li ma jaqbilx għalkollox ma’ dan u qal li jkun aħjar kieku l-ewwel jiġu mħarsa l-ħaddiema l-aktar vulnerabbli u lanqas li jaqilgħu paga.

Biex tisma’ l-intervista sħiħa ma’ Josef Vella tista’ ssegwi l-programm Ras imb ras minn hawn.

Ras imb ras jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar